NL-0029-2023

Konsultazzjoni publika dwar l-Addendum tar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali (VIA) għal-PA 01398/23


Miftuħa

​Ministry:

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża

​Entity:

EIA Malta

​Published:

03/09/2023

​Running Till:

03/10/2023

​Last Updated:

19/09/2023




 
Referenza tal-ERA:GF 00150/06
Referenza tal-PA:PA 01398/23
Lokazzjoni/ Sit:                         Townsquare, Tower Road, Triq Hughes Hallet, Triq Tigne, Sqaq Qui-Si-Sana, ix-Xatt ta' Qui-Si-Sana, Sliema.
Titlu tal- ProgettEmendi għall-PA 1191/05 fosthom: żieda fin-numru t’appartamenti minn 159 għal 234; tibdil fil-konfigurazzjoni tal-livelli tal-parkeġġ biex jiżdied in-numru ta’ spazji tal-parkeġġ minn 600+ għal 850+; introduzzjoni ta' żona ta' parkeġġ ekoloġika għal mezzi alternattivi ta' trasport inkluż ċikliżmu, skuters, u taxis; tneħħija tal-aċċess tal-vetturi għall-parkeġġ mill-livell tat-Triq Hughes Hallet; żieda ta' lukanda (Klassi 3B) biex isservi wkoll appartamenti (Klassi 1); żieda ta' kumditajiet fil-livell għoli d-doppju fit-torri; tneħħija tal-binja tal-Pavilion; introduzzjoni ta' livelli ta' uffiċċji f'żoni ta' għoli d-doppju f'binjiet aktar baxxi; tibdil fil-konfigurazzjoni interna ta' żoni ta' uffiċċji u bejgħ bl-imnut; bidla fl-użu ta' xi ħwienet tal-Klassi 4C għal Klassi 4D

B’dan qed jiġi avżat illi l-ERA rċeviet Addendum tar-Rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali (VIA) skont ir-Regolamenti dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (L.S. 549.46). Informazzjoni relatata fuq din il-proposta kif ukoll dwar l-Addendum tista tinkiseb mill-website tal-Awtorità ta’ l-Ambjent u Riżorsi (ERA): https://era.org.mt/era-project/pa01191-05.

Il-pubbliku huwa mistieden jissottometti kummenti bil-miktub dwar id-dokumentazzjoni msemmija, sat-3 t’Ottubru 2023.

Ir-risposta tiegħek tkun apprezzat.

Disclaimer: 
L-Awtorità hija impenjata li tipproteġi d-data personali u l-privatezza tal-pubbliku. Għaldaqstant qed tkun infurmat li meta tagħmel sottomissjonijiet, id-data personali tiegħek ma tiġix żvelata jew ippubblikata sakemm fi żmien tnax (12) -il siegħa ma tagħtix l-kunsens tiegħek lill-Awtorità biex tiżvela d-data personali.  B'dana illi f’certu kazijiet l-Awtorità tista', fejn hu meħtieg, tiżvela d-data personali tiegħek biex tikkonforma mal-Liġijiet applikabbli.

Feedback