NL-0020-2023

IP 0005/20 - Varjazzjoni u tiġdid tal-permess tal-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis (IPPC) (IP 0004/12/B) ta' Gasparell Bailing Co Ltd. f'Hal Far.


Magħluqa

​Ministry:

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża

​Entity:

IPPC

​Published:

20/05/2023

​Running Till:

04/06/2023

​Last Updated:

05/06/2023




Informazzjoni mgħarbuta mal-applikazzjoni tal-IPPC sottomessa minn Gasparell Bailing Co Ltd. għal varjazzjoni u tigdid tal-permess tal-permess tal-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis (IPPC) (IP 0004/12/B) fir-rigward tal-inklużjoni tal-operat ta’ makkinarju għat-tqaxxir tal-wajers bħala parti mill-attivitajiet permessi, emendi għal numru ta’ kodiċijiet tal-EWC għall-aċċettazzjoni tal-iskart, emendi fin-noise management plan u revizzjoni fil-valuri limitu tal-emissjonijiet.

Skond ir-Regolamenti dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis tal-Emissjonijiet Industrijali, (L.S. 549.77), l-Awtorita` tal-Ambjent u r-Riżorsi qiegħda tikkonsulta l-pubbiku ġenerali biex jissottometti kull oġġezzjoni jew rappreżentazzjoni fuq l-applikazzjoni tal-IPPC msemmija hawn fuq.

Kull oġġezzjoni, rappreżentazzjoni jew kumment ta’ din ix-xorta se tkun qed tiddaħħal f’reġistru li se jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku tal-Awtorita`, flimkien mad-dettalji tal-oġġezzjonant sakemm dan ma jitlobx bil-miktub li ma jkunx ippublikat. Jekk ikun hemm talba ta’ dan it-tip, ir-reġistru jkun fih biss l-oġġezzjoni, rappreżentazzjoni jew kumment li sar.

 
Dokumentazzjoni tinsab:
https://era.org.mt/consultations-on-ippc-applications/

Feedback