NL-0017-2023

Konsultazzjoni pubblika dwar it-termini ta' riferiment għall-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali għal PA 00437/23.


Magħluqa

​Ministry:

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża

​Entity:

EIA Malta

​Published:

27/04/2023

​Running Till:

28/05/2023

​Last Updated:

31/05/2023




Referenza tal-ERA: EA 00074/18
Referenza tal-PA: PA 00437/23
Lokazzjoni/Sit:                          Sit, Jerma Hotel, Triq is-Salini, Marsascala, Malta​
Titlu tal- Progett: Twaqqigħ tal-eks-Jerma Palace Hotel, tħaffir tas-sit u bini ta’ resort b’ użi mħallt li jikkonsisti f’155 unit residenzjali (Klassi 1), Akkomodazzjoni Turistika (Klassi 3b) li tikkonsisti minn 258 serviced apartments u Lukanda ta’ 5 stilel ta’ 134 kamra, Retail (Klassi 4B) u ħwienet tal-ikel u xorb (Klassi 4C u Klassi 4D), shopping mall taħt il-grad (Klassi 4B), parkeġġ ta’ 570, u 13,600sqm ta’ spazju miftuħ disponibbli għall-pubbliku ġenerali. Il-proposta tikkonsisti f’bini ta’ żewġ sulari taħt l-art taħt pjazza pubblika landscaped u żewġ blokkok ta’ tmien sulari ‘l fuq mill-pjazza, landscaping estensiv, tiswijiet u tibdil fid-difiżi kostali eżistenti u bini ta’ pixxina fuq il-pjattaforma tal-konkos eżistenti fuq in-naħa ta’ taħt tal-proġett.

Titlu: Konsultazzjoni pubblika dwar it-termini ta' riferiment għall-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali għal PA 00437/23.

B’dan qed jiġi avżat li l-proposta ta’ żvilupp imsemmija hawn fuq tikwalifika għal Rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali (VIA) skont ir-Regolamenti dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (L.S. 549.46). Informazzjoni fuq din il-proposta tista tinkiseb mill-website L-Awtorità ta’ l-Ambjent u Riżorsi (ERA) https://era.org.mt/era-project/pa04710-18/.

L-ERA qeda tħejji termini ta’ riferiment għal Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali għall-proposta msemmija hawn fuq. Il-pubbliku huwa mistieden jibgħat kummenti bil-miktub dwar materji rilevanti biex jiġu nklużi fit-termini ta’ riferiment.

F'dan ir-rigward, inti mistieden tibgħat il-kummenti tiegħek sa mhux aktar tard mil-27 ta’ Mejju 2023.

Ir-risposta tiegħek tkun apprezzata.
 

Disclaimer:  
L-Awtorità hija impenjata li tipproteġi d-data personali u l-privatezza tal-pubbliku. Għaldaqstant qed tkun infurmat li meta tagħmel sottomissjonijiet, id-data personali tiegħek ma tiġix żvelata jew ippubblikata sakemm fi żmien tnax (12) -il siegħa ma tagħtix l-kunsens tiegħek lill-Awtorità biex tiżvela d-data personali.  B'dana illi f’ċertu każijiet l-Awtorità tista', fejn hu meħtieġ, tiżvela d-data personali tiegħek biex tikkonforma mal-Liġijiet applikabbli.

Feedback