NL-0009-2023

Konsultazzjoni pubblika dwar ir-rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali għal PA 07254/22


Magħluqa

​Ministry:

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża

​Entity:

EIA Malta

​Published:

12/03/2023

​Running Till:

11/04/2023

​Last Updated:

19/09/2023




Referenza tal-ERA:EA 00002/22
Referenza tal-PA:PA 07254/22
Lokazzjoni/ Sit:Villa Rosa, Cresta Quay, Dolphin House, Moynihan House, Triq Santu Wistin, ix-Xatt ta' San Gorg and, Triq id-Dragunara, San Giljan.
Titlu tal- Progett:Proposta għal Kumpless Turistiku ikoniku mqassam differenti minn dak approvat fil-permess PA/2478/16. L-emendi proposti jinkludu gruppi ta’ appartamenti serviced [789 b’kollox] b’amenitajiet dedikati, 2 Lukandi ta’ Klassi 3B [Lukandi ta’ 124 u 132 kamra], Uffiċċji ta’ Klassi 4A, Sala għal skopijiet varji, Ħwienet ta’ Klassi 4B u 4C, Faċilitajiet tal-Ikel u Xorb ta’ Klassi 4D u 3 Livelli ta' Spazju ta' Parkeġġ. Il-massa ġenerali proposta tvarja minn Lukanda li tinsab fil-baxx f’4 livelli taħt il-livell tat-triq għal 2 torrijiet ikoniċi ta' 27 u 34 livell rispettivament.

Titlu: Konsultazzjoni pubblika dwar ir-rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali għal PA 07254/22.

B’dan qed jiġi avżat illi l-ERA rċeviet Rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali (VIA) skont ir-Regolamenti dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (L.S. 549.46). Informazzjoni relatata fuq din il-proposta kif ukoll dwar ir-Rapport tal-VIA tista tinkiseb mill-website tal-Awtorità ta’ l-Ambjent u Riżorsi (ERA): https://era.org.mt/era-project/pa07254-22/.

Il-pubbliku huwa mistieden jissottometti kummenti bil-miktub dwar id-dokumentazzjoni msemmija, sa mhux aktar tard mill-11 ta’ April 2023. 

Ir-risposta tiegħek tkun apprezzata.


Disclaimer:  
L-Awtorità hija impenjata li tipproteġi d-data personali u l-privatezza tal-pubbliku. Għaldaqstant qed tkun infurmat li meta tagħmel sottomissjonijiet, id-data personali tiegħek ma tiġix żvelata jew ippubblikata sakemm fi żmien tnax (12) -il siegħa ma tagħtix l-kunsens tiegħek lill-Awtorità biex tiżvela d-data personali.  B'dana illi f’ċertu każijiet l-Awtorità tista', fejn hu meħtieġ, tiżvela d-data personali tiegħek biex tikkonforma mal-Liġijiet applikabbli.

Feedback