NL-0007-2023

Standards Nazzjonali għall-Kwalità fl-Edukazzjoni (3 -16-il sena)


Magħluqa

​Ministry:

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

​Entity:

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

​Published:

02/03/2023

​Running Till:

13/04/2023

​Last Updated:

19/09/2023




1. Sfond
 
Id-Direttorat għall-Kwalità u l-iStandards fl-Edukazzjoni (DKSE) fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, responsabbli mill-assigurazzjoni ta’ kwalità fl-iskejjel qiegħed fi proċess li jaġġorna l-iStandards preżenti.

L-istandards fl-edukazzjoni jistabbilixxu mezz li jippermetti l-evalwazzjoni tal-effettività tal-iskejjel u l-kapaċità tagħhom għal titjib. Dawn jistabbilixxu għanijiet ċari u li jistgħu jitkejlu dwar dak li huwa meqjus bħala kwalità għolja fl-edukazzjoni. L-istandards huma wkoll għodda għall-iskejjel meta jwettqu r-reviżjoni interna tagħhom u fl-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-pjanijiet ta’ żvilupp tal-iskola tagħhom. It-twaqqif ta' standards nazzjonali fl-edukazzjoni jikkontribwixxu wkoll biex jgħollu l-aspettattivi għall-istudenti kollha. Dawn l-istandards jippermettu wkoll li jiġu stabbiliti miri ċari lejn kisba ta’ edukazzjoni ta’ kwalità li tkun konformi mal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 4 li jiffoka fuq l-iżgurar ta’ edukazzjoni ta’ kwalità inklużiva u ekwa u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd.

L-istandards u l-kriterji korrispondenti tagħhom jirriflettu oqfsa nazzjonali (NCF, 2012; Qafas għall-Istrateġija għall-Edukazzjoni għal Malta, 2014; Qafas Nazzjonali għall-Edukazzjoni Inklużiva, 2019; Qafas ta’ Riżultati ta’ Tagħlim) u politiki fl-edukazzjoni, letteratura internazzjonali (Education Development Trust, 2016; Kummissjoni Ewropea: Quality assurance for school development, 2018; Hattie, 2012) u prattiċi tajba osservati fl-iskejjel. Huma jiffokaw fuq tliet oqsma ewlenin: Tmexxija u iMmaniġjar tal-iskejjel, it-Tagħlim, u l-Ethos tal-iskola.

Id-DKSE ħatret numru ta’ focus groups magħmulin minn partijiet interessati fil-qasam tal-edukazzjoni. Dan l-eżerċizzju, flimkien ma' eżerċizzju ta' konsultazzjoni pubblika usa' għandhom l-għan li jipprovdu informazzjoni dwar l-abbozz tal-istandards proposti.

 
 
2. Mistoqsijiet dwar il-Konsultazzjoni
  • Tara rabta bejn dawn l-Istandards u l-Politiki u Leġiżlazzjonijiet Nazzjonali u Internazzjonali attwali?
  • Taħseb li dawn l-istandards huma komprensivi biżżejjed biex jindirizzaw l-inklużjoni, l-edukazzjoni ġusta għal kulħadd u t-tagħlim tul il-ħajja?
  • Taħseb li d-dokument jipprovdi standards ċari dwar x'għandhom jistennew il-partijiet interessati minn edukazzjoni ta' kwalità tajba
 
 
3. Dokumenti

Feedback