Referenza tal-ERA: | EA 00042/20 |
Referenza tal-PA: | PA 04863/22 |
Lokazzjoni/ Sit: | Site at, Ecohive Complex, Tul il-Kosta / Triq ir-Ramla, Triq ta' Saverja, Naxxar |
Titlu tal- Progett: | Proposta għal bini ta’ Faċilità għall-Irkupru ta’ Materjal (MRF) għall-ipproċessar tal-borża l-griża u l-irkupru ta' flussi differenti ta' materjali. Il-proposta tinkludi spazju anċillari għal uffiċċji, kwartieri tal-ħaddiema u spazji għall-parkeġġ. |
Titlu: Konsultazzjoni pubblika dwar it-termini ta' riferiment ħall-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali għal PA 04863/22.B’dan qed jiġi avżat li l-proposta ta’ żvilupp imsemmija hawn fuq tikwalifika għal Rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali (VIA) skont ir-Regolamenti dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (L.S. 549.46). Informazzjoni fuq din il-proposta tista tinkiseb mill-website L-Awtorità ta’ l-Ambjent u Riżorsi (ERA) https://era.org.mt/era-project/pa-04863-22/.
L-ERA qeda tħejji termini ta’ referenza għal Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali għall-proposta msemmija hawn fuq. Il-pubbliku huwa mistieden jibgħat kummenti bil-miktub dwar materji li jkun jixtieq li jiġu nklużi fit-termini ta’ riferenza.
F'dan ir-rigward, inti mistieden tibgħat il-kummenti tiegħek sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Marzu 2023.
Ir-risposta tiegħek tkun apprezzat.
Disclaimer:
L-Awtorità hija impenjata li tipproteġi d-data personali u l-privatezza tal-pubbliku. Għaldaqstant qed tkun infurmat li meta tagħmel sottomissjonijiet, id-data personali tiegħek ma tiġix żvelata jew ippubblikata sakemm fi żmien tnax (12) -il siegħa ma tagħtix l-kunsens tiegħek lill-Awtorità biex tiżvela d-data personali. B'dana illi f’ċertu każijiet l-Awtorità tista', fejn hu meħtieġ, tiżvela d-data personali tiegħek biex tikkonforma mal-Liġijiet applikabbli.