L-Awtorità tal-Ippjanar qiegħda tipproponi li temenda l-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp (DNO) tal-2016. L-emendi proposti jinkludu:
- It-talba għal awtorizzazzjoni għall-Użu Temporanju ta’ Art għal karavans u kampijiet minn diversi entitajiet governattivi bħal kunsill lokali, jew kwalunkwe entità pubblika oħra. Din l-emenda proposta taqa’ taħt Klassi 10.
- Emenda għall-Klassi 15 li tkun tinvolvi l-inklużjoni ta’ installazzjonijiet mobbli għal faċilitajiet ta’ ġestjoni tal-bajja minn entità tal-Gvern, kunsill lokali, kwalunkwe entità pubblika oħra maħtura minnhom, jew istituzzjoni reġistrata fl-ambitu fil-protezzjoni ċivili.
2. Dokumenti
Id-dokument jista' jitniżżel minn hawn.
3. Sottomissjonijiet
Sottomissjonijiet għandhom jintbagħtu permezz tal-formola onlajn li hawn aktar l-isfel.