gov.mt

MFET01

27/09/2022

Il-Ministru Ian Borg jattendi għall-funeral statali tal-eks Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe

Aktar kmieni matul il-jum tat-Tlieta 27 ta’ Settembru 2022, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg attenda għall-funeral statali tal-eks Prim Ministru tal-Ġappun Shinzo Abe f’Tokyo, il-Ġappun, f’isem il-Gvern Malti. Huwa kien fost bosta dinjitarji li attendew għall-funeral.

F’isem il-Gvern Malti, huwa offra l-kondoljanzi lill-Prim Ministru Fumio Kishida u lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Yoshimasa Hayashi, kif ukoll lil mart il-mibki Abe, is-Sinjura Akie Abe. 

L-eks Prim Ministru Abe u s-sinjura tiegħu kienu żaru Malta fi żjara uffiċjali lura fl-2017. Huwa kien l-ewwel prim ministru Ġappuniż li żar Malta.

**********

Minister Ian Borg attends the state funeral of former Japanese Prime Minister Shinzo Abe

Earlier on Tuesday 27th September 2022, Minister for Foreign Affairs Ian Borg attended the state funeral of the former Prime Minister of Japan Shinzo Abe in Tokyo, Japan, on behalf of the Maltese Government. He was among many dignitaries who attended the funeral.

On behalf of the Maltese Government, he offered his condolences to Prime Minister Fumio Kishida and Foreign Affairs Minister Yoshimasa Hayashi, as well as to the late Abe’s wife, Mrs Akie Abe.

The former Prime Minister Abe and his wife had visited Malta on an official visit back in 2017. He was the first Japanese prime minister to visit Malta.