gov.mt

pr230119

PR230119

25/01/2023

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU ELETTORALI


Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’: 

Triq il-Veduta, Madliena, Is-Swieqi; u
Triq Corrado, Ħaż-Żabbar

li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda.  L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-20 ta’ Jannar, 2023, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni “Pubblikazzjonijiet”.  Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mill-20 ta’ Jannar, 2023.