gov.mt

pr221627

PR221627

24/11/2022

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU ELETTORALI

​​

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta':

 

Triq Dun Andrè Debono, Triq Ġużeppi Gerada, Triq Garcin u

Triq l-Għajn tal-Ħasselin, L-Imsida;

Triq Dijonisju Famucelli, Is-Swatar, L-Imsida;

Wesgħet il-Bjar ta' Napuljun u Taraġ in-Nixxiegħa, San Ġiljan;

Triq it-Tmun u Triq il-Vopi, San Pawl il-Baħar; u

Triq il-Lvant u Triq it-Tabib Mario Tabone, Madliena, Is-Swieqi

 

li l-bibien f'dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-18 ta' Novembru, 2022, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni 'Pubblikazzjonijiet'. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mit-18 ta' Novembru, 2022.

​