gov.mt

pr220847

PR220847

23/06/2022

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

​​

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li minħabba żbroff ta' drenaġġ għal ġol-baħar fil-Bajja ta' Fond Għadir, Sliema (taħt it- tarag) (Kodiċi tas-Sit B 12), bħala prekawzjoni u sakemm jitneħħa l-inkonvenjent, mhux rakkomandat li jsir għawm f'din iż-żona. L-investigazzjonijiet mill-uffiċjali tal-istess Direttorat rigward din il-problema għadhom għaddejjin.

 

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mis-7:00 ta' filgħodu sat-3:00 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt, wrau.ehd@gov.mt u complaints.ehd@gov.mt. Il-pubbliku jista' wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.

 

Il-pubbliku jista ukoll iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook http://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626 jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Health-Inspectorate/WRAU/Pages/Bathing-Water-Press-Releases.aspx għal informazzjoni simili.

​