gov.mt

pr220846

PR220846

23/06/2022

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Iffirmat ftehim bejn l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati u l-UĦM


Ġie ffirmat ftehim bejn l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati u l-Union Ħaddiema Magħqudin – Voice of the Workers (UĦM). Dan il-ftehim se jtejjeb il-kundizzjonijiet għal numru sostanzjali ta' impjegati u se jkunu qegħdin igawdu minnu impjegati ġodda wkoll.

 

“Nifhmu li dawn l-impjegati għandhom xogħol sensittiv u napprezzaw is-sens ta' dedikazzjoni li dejjem urew. Dan il-ftehim, li ilu mistenni, jassigura bilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligi li għandhom dawn il-ħaddiema kif ukoll se jgħin biex nattiraw aktar ħaddiema fi ħdan il-Qorti", stqarr il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard.

 

Il-Ministru Attard irringrazzja lill-Industrial Relations Unit fi ħdan l-OPM, lill-UĦM, lis-Segretarju Permanenti Johan Galea, lill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati Eunice Grech Fiorini, u lil dawk kollha li kienu involuti sabiex jintlaħaq dan il-ftehim.​