gov.mt

pr211679

PR211679

15/09/2021

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI


Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi jew intolleranti għall-ħalib għaliex instab li possibilment fih ingredjent tal-ħalib mhux iddikkjarat fuq it-tikketta.

Isem tal-prodott:Aalette di Pollo
Ditta:Findus
Piż :500g
Data tad-Durabbilita`:30/04/2022
Lott:L110922A14


findus.jpg


​Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx​ għal informazzjoni simili.