Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr202127

PR202127

29/10/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li raġel ta' 76 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.​

Ir-raġel kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-20 ta' Ottubru u ddaħħal l-Isptar Mater Dei fis-26 ta' Ottubru. Huwa baqa' jingħata kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei fejn miet aktar kmieni llum.

lr-raġel kien ibati minn mard kroniku ieħor.​

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari, jappella biex il-poplu jibqa' jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta' spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.

 

 

​