Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr202017

PR202017

17/10/2020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI: Jibdew jitħallsu r-rati l-ġodda tal-In-Work Benefit

Mill-introduzzjoni tal-In-Work Benefit fl-2015 sal-lum, aktar minn 7,400 familja bbenefikat minn dan il-benefiċċju f’xi żmien jew ieħor, li ħalla €16.5m fi bwiethom. Sa issa, fl-2020, madwar 2,500 familja qed jibbenefikaw minn rati għola tal-benefiċċju tal-in-work benefit. 

Fil-jiem u fil-ġimgħat li ġejjin, se jkunu qed jingħataw il-kumplament tal-pagamenti lill-familji l-oħrajn eleġibbli għal dawn ir-rati l-ġodda. Dawn id-dettalji tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru Michael Falzon u s-Segretarju Permanenti Mark Musu.

Ir-rati għola ddaħħlu fil-mini budget ta’ Ġunju li għadda bħala parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni tal-gvern fid-dawl tal-pandemija Covid-19. Din iż-żieda qed igawdu minnha koppji fejn it-tnejn jaħdmu, single parents u koppji fejn jaħdem ġenitur wieħed biss.

Dawn il-familji li rċievew il-pagamenti din is-sena raw żieda ta’ €250 addizzjonali bħala suppliment, filwaqt li minn dan ix-xahar bdew jingħataw il-pagamenti bir-rati l-ġodda miżjuda. 

Il-Ministru Michael Falzon qal li ż-żidiet huma stmati li se jammontaw għal €3.2 miljun din is-sena, filwaqt li fakkar illi dan il-Ministeru baqa’ jħaddem miżuri bħat-Tapering of Benefits, childcare b’xejn, filwaqt li komplew jiġu indirizzati inġustizzji tal-passat, pensjonijiet u għexieren ta’ miżuri soċjali oħrajn. 

Fix-xhur li għaddew, madwar 8,400 persuna bbenefikaw minn benefiċċji addizzjonali li ngħataw mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali waqt il-pandemija Covid-19. Dawn il-persuni bbenefikaw mill-ħlas temporanju tal-Benefiċċju ta’ Ġenitur u dak Addizzjonali għal Diżimpjieg, il-ħlas temporanju tal-Benefiċċju tad-Diżabbiltà u dak Mediku.

Is-Segretarju Permanenti Mark Musu stqarr li t-total imħallas sa issa mill-2015 ’l hawn huwa €16.5m. Qal li żdied id-dħul massimu minn €24,812 għal €26,000 fis-sena għal koppja fejn it-tnejn jaħdmu. L-ogħla rata applikabbli żdiedet minn €1,300 għal kull wild għal €1,400.

Ir-rati żdiedu;

€100 fis-sena għal min għandu dħul sa €18,111;
€50 fis-sena għal min għandu dħul minn €18,112 sa €22,811;
€30 fis-sena għal min għandu dħul minn €22,812 sa €26,000;

Koppja fejn persuna waħda tkun taħdem

Dħul massimu żdied minn €17,813 għal €22,000 fis-sena. 
L-ogħla rata applikabbli żdiedet minn €550 għal kull wild għal €630.
Rati żdiedu bi €80 fis-sena.

Persuna Waħedha

Dħul massimu żdied minn €17,312 għal €18,200 fis-sena. 
L-ogħla rata applikabbli żdiedet minn €1,350 għal kull wild għal €1,400.
Rati żdiedu bi €50 fis-sena.

Dħul ikkunsidrat

Dħul huwa minn xogħol biss wara li titnaqqas il-bolla. Dħul ieħor bħal interessi u renti ma jkunx ikkunsidrat.

Id-dħul ikun ikkalkulat fuq l-FS3s jew inkella fuq il-profit and loss account tas-sena ta’ qabel.

Benefiċjarji fl-aħħar ta’ kull sena kif indikat:


IWB BeneficiariesDec-15Dec-16Dec-17Dec-18Dec-19
Single Parent in Emp7868781,0141,2691,450
Both Parents in Emp5504848111,0281,059
Couple 1 PRNT in Emp 3558721,0461,071
Total1,3361,7172,6973,3433,580


Sa issa madwar 2,500 benefiċjarju, li mistennija jitilgħu sa qrib 3,000 sal-aħħar tas-sena.

L-ammonti mħallsa fuq dan il-benefiċċju kull sena:

Jan - DecExpenditure
2015 €1,063,291
2016 €1,870,573
2017 €2,812,332
2018 €3,724,941
2019 €4,484,168
 2020 to date €2,561,934