Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr202348

PR202348

21/11/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

​Wara ż-żewġ co-options fil-Parlament Malti nhar id-19 ta' Ottubru li għadda, u wara li tħabbar li l-Ministru għall-Finanzi huwa rrakkomandat biex jinħatar Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Prim Ministru Robert Abela llum wettaq bidliet fil-kabinett immexxi minnu. 

Il-bidliet ikomplu jikkaratterizzaw il-kabinett bħala wieħed ta' talent u maqgħud, b'element qawwi ta' żgħażagħ u bil-parteċipazzjoni tan-nisa kollha fil-Grupp Parlamentari tal-Gvern.

Il-prijorità tal-Prim Ministru f'dawn id-deċiżjonijiet kienet li l-pajjiż ikompli miexi b'saħħtu 'l quddiem billi jwettaq iktar bidliet u riformi li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-Għawdxin u Maltin.

F'diskussjonijiet produttivi li kellu mal-Ministri u Segretarji Parlamentari, Dr Abela enfasizza l-bżonn li l-Gvern ikompli jwieżen lil dawk li l-aktar għandhom bżonn, isaħħaħ ix-xogħol u joħloq klima ta' investiment, u jħejji lil Malta għall-futur.

Dan huwa l-kabinett li jista' jkompli jindirizza u joffri s-serħan il-moħħ lill-familji, l-ħaddiema u n-negozji. Għaliex huwa l-kabinett li huwa kburi b'dan il-pajjiż u li jemmen fil-poplu tagħna.

Intant, Glenn Micallef inħatar bħala Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru minflok Clyde Caruana, li issa huwa l-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol.

Glenn Micallef hu gradwat fl-ekonomija u fil-politika Ewropea. Fl-aħħar snin, Micallef okkupa l-kariga ta' Direttur Ġenerali tad-Dipartiment ta' Koordinazzjoni tal-Unjoni Ewropea u minn Jannar li għadda l-kariga ta' konsulent tal-Prim Ministru għall-Affarijiet Ewropej, fejn kien ukoll parti mit-tim ta' negozjati li wasslu biex pajjiżna kiseb allokazzjoni rekord ta' €2.25 biljun f'fondi Ewropej għas-seba' snin li ġejjin.

Dawn huma l-Ministri fil-Kabinett:

Robert Abela

Prim Ministru

 

Chris Fearne

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa

 

Evarist Bartolo

Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

 

Michael Farrugia

Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva

 

Owen Bonnici

Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19

 

José Herrera

Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali

 

Carmelo Abela

Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru

 

Ian Borg

Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali

 

Michael Falzon

Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal

 

Edward Zammit Lewis

Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza

 

Anton Refalo

Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali

 

Roderick Galdes

Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali

 

Justyne Caruana

Ministru għall-Edukazzjoni

 

Silvio Schembri

Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija

 

Julia Farrugia Portelli

Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja

 

Aaron Farrugia

Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar

 

Clint Camilleri

Ministru għal Għawdex

 

Byron Camilleri

Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi

 

Clayton Bartolo

Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi

 

Miriam Dalli

Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli

 

Clyde Caruana

Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol

 

Dawn huma s-Segretarji Parlamentari fil-Kabinett:

 

Stefan Zrinzo Azzopardi

Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru

 

Rosianne Cutajar

Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet Ċivili u r-Riformi fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza

 

Clifton Grima

Segretarju Parlamentari għall-Isport, Rikreazzjoni u Organizzazzjonijiet Volontarji fi ħdan il-Ministeru għall-Inkluż​joni u l-Kwalità tal-Ħajja

 

Chris Agius

Segretarju Parlamentari għall-Kostruzzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar

 

Alex Muscat

Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi

 

Deo Debattista

Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur