Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr200554

PR200554

25/03/2020

​ STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Introdotta pjattaforma diġitali għal-laqgħat tal-gvernijiet lokali

Permezz tal-introduzzjoni ta’ pjattaforma diġitali, wara ħidma koordinata mid-Dipartiment tal-Gvernijiet Lokali fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali kif ukoll il-MITA, il-laqgħat tal-gvernijiet lokali mil-lum ser ikunu jistgħu jsiru online. B’hekk, permezz ta’ din il-faċilità, il-gvernijiet lokali ser ikunu jistgħu jwettqu l-laqgħat tagħhom b’aktar flessibbiltà u mingħajr il-ħtieġa li jsir kuntatt dirett bejn il-kunsilliera. 


Il-Ministru José Herrera tenna li l-ministeru kif ukoll id-Dipartiment tal-Gvernijiet Lokali qed jaħdmu viċin il-kunsilli lokali pemezz ta’ diskussjonijiet kontinwi anka mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. L-introduzzjoni tal-pjattaforma diġitali hi waħda minn sensiela ta’ miżuri u ta’ azzjonijiet li qed jiddaħħlu sabiex tiġi mħarsa s-saħħa tal-ħaddiema, tal-kunsilliera u tal-pubbliku inġenerali.

Il-ministeru jirringrazzja lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, lis-sindki, lill-kunsilliera, lis-segretarji eżekuttivi u lill-assoċjazzjoni tagħhom kif ukoll lill-ħaddiema kollha għall-kollaborazzjoni u għall-ħidma kontinwa li qed iwettqu favur il-komunitajiet Maltin u Għawdxin.