Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr200553

PR200553

25/03/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA


 

Minn għada se jibdew joperaw żewġ hubs oħrajn għall-iswabbing tal-Covid-19. Dawn iż-żewġ hubs se jkunu qed jiżdiedu mal-hub eżistenti li hemm f’Ħal Farruġ. B’hekk ikunu jistgħu jsiru aktar testijiet, jiġu identifikati aktar persuni pożittivi li jiġu iżolati mill-ewwel, u b’hekk jitnaqqas it-tixrid tal-Covid-19.

 

Il-hub il-ġdid f’Malta se jkun fil-Luxol Grounds f’Pembroke, u bħall-hub ta’ Ħal Farruġ, dan se jkun miftuħ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd mit-08.00 sat-20.00.

 

Il-hub il-ġdid fit-terminal tal-helipad, fix-Xewkija Għawdex, se jkun miftuħ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd mit-08.00 sas-14.00.

 

Importanti li dawk kollha li għandhom xi sintomi jċemplu 111 u mhux imorru minn jeddhom fil-hub. Il-hubs kollha ma jaċċettawx persuni mingħajr appuntament. Importanti wkoll li persuna, biex tmur il-hub, ma tużax trasport pubbliku, taxi jew bil-mixi.

 

 ​