Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr201479

PR201479

01/08/2020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI: L-uffiċjal tal-komunità ħabib taċ-ċittadin li jrid l-ordni

L-uffiċjal tal-komunità għandu rwol importanti ferm fis-soċjetà u għandu jkun meqjus bħala ħabib ta' dawk iċ-ċittadini li jridu l-ordni fil-komunità. Dan kien il-messaġġ li wassal il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri, meta żar 22 persuna li qed jitħarġu biex isiru uffiċjali tal-komunità. “L-attitudni li tridu tħaddnu fuq il-post tax-xogħol għandha twassal biex il-preżenza tagħkom fit-toroq Maltin għandha tkun waħda li tintlaqa' u mhux li tiġi mistmerra. Tedukaw fejn hemm bżonn u tinforzaw mhux b'arroganza iżda b'sens ta' dixxiplina biex tħarsu lill-komunitajiet," qal il-Ministru Camilleri, li nnota kif l-Aġenżija għall-Infurzar Lokali (LESA) llum qed tinvesti iktar fit-taħriġ u r-riżorsi.

“Ninnota li dan l-investiment huwa importanti bil-għan li jkollna lokalitajiet iktar siguri u organizzati," qal il-Ministru Camilleri li fl-Akkademja għall-Korpi Dixxiplinati spjega kemm il-gvern qed jinvesti fir-riżors uman tal-forzi dixxiplinati.